Barcelona m’għadhomx interessati f’Marcus Rashford

    Barcelona m’għandhomx interessati fl-attakkant ta’ Manchester United, Marcus Rashford.

    Bħalisssa r-Red Devils jinsabu f’taħditiet mal-player fit-tentattiv li jiffirmaw kuntratt ġdid fost speklulazzjoni li l-Katalani jinsabu lesti li jħallsu €115-il miljun għall-firma tiegħu.

    Iżda ċ-champions Spanjoli rtiraw mill-interess tagħhom minħabba li l-United iridu €173 miljun għall-internazzjonali Ingliż.

    Rashford skorja 13-il goal u rreġistra disa’ assists għar-Red Devils fil-kompetizzjonijiet kollha s’issa dan l-istaġun.

    Barca huma mistennija li jkunu fis-suq għalattakkant li eventwalment jista’ jissostitwixxi lil Luis Suarez.