Danilo se jingħaqad ma’ Inter?

    Id-diriġenti ta’ Inter qed jaħdmu bla heda sabiex jiksbu lid-difensur ċentrali ta’ Manchester City Danilo. F’moħħ dawn l-istess diriġenti hu li jiksbu difensur ta’ isem sabiex ikunu jistgħu jsaħħu dan id-dipartiment tant importanti.

    Sadanittant l-ex player ta’ Porto diġa’ wera x-xewqa li jingħaqad man-Neroazzurri hekk kif sema’ b’dan l-interess. Dawn tal-aħħar lesti jonfqu madwar €22 miljun sabiex jaslu għalih.

    Danilo ingħaqad ma’ The Citizens żewġ staġuni ilu iżda f’dawn l-aħħar ġimgħat ftit qed isibu post fl-ewwel 11 tal-coach Pep Guardiola u għalhekk informa l-club bix-xewqa tiegħu li jiġi rilaxxjat. Fil-karriera tiegħu Danilo lagħab ma’ Real Madrid, Porto, Santos u Atletico Mineiro.