Luis Campos mhux sejjer ma’ Roma

    Ħarġu l-aħħar aħbarijiet dwar is-sitwazzjoni amministrattiva ta’ AS Roma fejn wara diversi spekulazzjonijiet li Luis Campos kellujingħaqad bħala direttur sportiv tal-club, issa l-affarijiet inbidlu tant li d-diriġent Portugiż ser imur mat-tim Franċiż ta’ Lille.

    Campos kien magħżul minn James Pallotta u Franco Baldini sabiex jifforma koppja amministrattiva ma’ Frederic Massara iżda wara l-aħħar żviluppi kollox ser ikollu jinbidel. Sadanittant Baldini u Massara jinsabu f’kuntatti mal-Amerikan Pallotta li bħalissa jinsab f’Boston. Wara dan kollu jidher li l-ogħla awtoritajiet tal-club mill-belt kapitali Taljana mistennija jaħtru lil Francesco Totti bħala direttur ġenerali li jkollu x’jaqsam mas-suq tat-trasferimenti tal-club.

    Roma qed jaħsbu għall-futur fejn ser ikunu qed jaraw ukoll il-kariga ta’ coach li bħalissa tinsab għand Claudio Ranieri.