Jan Oblak jiffirma kuntratt ġdid ma’ Atletico Madrid

    Il-goalkeeper internazzjonali Sloven, Jan Oblak, ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Atletico Madrid sa Ġunju 2023.

    B’hekk huwa xejjen spekulazzjonijiet li se jingħaqad ma’ xi klabb ieħor hekk kif Manchester United u Real Madrid kienu qed jiġru wara l-firma tiegħu.

    Oblak, li għandu 26 sena, huwa wieħed mill-aqwa goalkeepers fl-Ewropa fejn dan l-istaġun sofra 21 goal minn 32 partita minbarra li fi 18-il logħba ma qala’ l-ebda goal.

    Barra minn hekk huwa għandu klawsola ta’ €120 miljun.