Il-vjaġġi tal-Gozo Channel jiżdiedu fil-bidu tas-sena

    Fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-passiġġieri li ivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex żdiedu bi 2.3% fuq l-istess perjodu tas-sena preċedenti.

    Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li f'dan il-perjodu qasmu 1,146,490 passiġġier bl-ikbar ammont, 477,945 jew 41.7%, kien f'Marzu.

    In-numru ta' vetturi li ivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer żdied b'7.1% u laħaq it-363,460.

    B'kollox il-Gozo Channel għamlet 5,449 vjaġġ, żieda ta' 3.6% fuq l-istess tliet xhur tal-2018 bl-ikbar ammont, 2,034 jew 37.3%, saru f'Marzu.

    Il-Ġimgħa u s-Sibt kienet l-iktar jiem li fihom saru vjaġġi miċ-Ċirkewwa lejn l-Imġarr mentri l-Ħadd u s-Sibt kienu l-iktar li fihom ivvjaġġaw nies mill-port f'Għawdex għal dak f'Malta.