Kampjonat Premier: Valletta jirritornaw fil-quċċata

    Ritratt: Dominic Borg

    St Andrew’s ........0

    Valletta ..............4

    Erba’ goals skorjati matul it-tieni taqsima taw rebħa konvinċenti lil Valletta fuq St Andrew’s biex il-Beltin telgħu mill-ġdid fil-quċċata tal-klassifika, għalkemm iridu jistennew l-eżitu tal-konfront tal-lum bejn Hibernians u Qormi.

    Minkejja li ddominaw l-ewwel taqsima, Valletta ftit li xejn kienu effettivi fil-konklużjonijiet tagħhom, hekk kif St Andrew’s iddefendew b’mod ferm dix­xiplinat u sabu anke l-ħin li joperaw bil-kontrattakki.

    L-aħjar ċans għal Valletta fl-ewwel taqsima wasal fid-disa’ minuta meta Calleja Cremona salva xutt mill-qrib ta’ Nwoko wara xogħol tajjeb ta’ Zerafa u Fontanella.

    Peró mal-ħin is-Saints bdew jaħarbu bil-kontrattakk u kellhom ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ fis-26 minuta meta Davis qabad lid-difiża Beltija żbi­lanċjata imma waħdu fi tliet kwarti ta’ ground bil-goalkeeper Bonello biss qud­diemu huwa naqas li jikkontrolla tajjeb biex ix-xutt tiegħu xejn ma kien effettiv.

    Appena bdiet it-tieni taqsima Valletta fetħu l-iskor meta Steve Borg ix­xuttja fil-baxx minn barra l-kaxxa u MARIO FONTANELLA kompla l-ballun għal ġox-xibka.

    Għalkemm is-Saints ippruvaw iwettqu reazzjoni, Valletta baqgħu kmandi u fit-68 minuta huma rduppjaw meta kien KYRIAN NWOKO li skorja bir-ras minn cross ta’ Pena Beltré.

    St Andrew’s resqu qrib li jnaqqsu l-marġni sitt minuti wara permezz ta’ xutt ta’ Friggieri li Bonello salva taj­jeb f’corner.

    Iżda Valletta kabbru l-vantaġġ fis-77 minuta per­mezz ta’ auto-goal sfortunat tal-goalkeeper Matthew Calleja Cremona meta l-ballun ħabat miegħu u spiċċa fix-xibka wara li xutt tas-sostitut Gavrila ħabat mal-wieqfa.

    Fil-81 minuta St Andrew’s kellhom lil Ricardo Martin imkeċċi għat-tieni karta safra u żewġ minuti wara Valletta ssiġillaw ir-rebha minn SANTIAGO MALANO wara li rcieva mingħand Fontanella.

    ST ANDREW’S: 1 – Matthew Calleja Cremona, 3 – Alexander Satariano, 4 – Kevyn Mcfarlane (10 – Kemar David Reid 67), 5 – Ricardo Martin, 7 – Aidan Jake Friggieri (2 – Adam Magri Overend 87), 11 – Joseph Farrugia, 14 – Kurt Magro, 15 – Adrian Borg, 17 – Jacob Walker (22 – Luke Sciberras 67), 19 – Martin Davis, 20 – Dejan Debono  - Coach: Johann Scicluna

    VALLETTA: 1 – Henry Bonello, 2 – Jonathan Caruana, 4 – Steve Borg, 5 – Ryan Camilleri (77 – Bogdan Gavrila 71), 8 – Santiago Malano, 14 – Kyrian Nwoko (22 – Nicholas Pulis 78), 18 – Enmy Pena Beltre, 19 – Joseph Zerafa (16 – Jean Borg 68), 24 – Rowen Muscat, 27 – Miguel Angel Alba, 89 – Mario Fontanella  - Coach: Gilbert Agius

    REFEREE: Glen Tonna

    ASS. REFEREES:Luke Portelli, Theodore Zammit

    RABA’ UFF: Etienne Mangion

    SKORERS:M. Fontanella 46, K. Nwoko 68, M. Calleja Cremona og 77, S. Malano 83 (V)

    AMMONITI:R. Martin, A. Borg (SA), S. Borg, M.A. Alba (V)

    TKEĊĊA:R. Martin 81 (SA)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Enmy Pena Beltré (Valletta)