Id-diżavventura ta' Faith, il-kelba ta' servizz għal tifel bid-Down's, tispiċċa b'wiċċ il-ġid

    Id-diżavventura ta’ Faith, kelba ta' servizz, li kienet rapportata bħala li ntilfet fl-inħawi ta’ Ħal Balzan u Birkirkara spiċċat b’wiċċ il-ġid. Faith, li hija kelba ta' servizz għal tifel bid-Dwon’s Syndrome, issakkret bi żball f’garaxx biswit dak tas-sidien tagħha.