Manchester United joffru kuntratt attraenti lil Ander Herrera

    Manchester United offrew li jirdoppjawil-paga tal-midfielder, Ander Herrera, biex jibqa’ f’Old Trafford.

    L-internazzjonali Spanjol fadallu ftit inqas minn tliet xhur fuq il-kuntratt attwali tiegħu hekk kif qed jiġi rappurtat li jista’ jingħaqad ma’ Paris St Germain.

    Il-midfielder żvela li l-United ma tantx kienuħerqana li jissodisfaw it-talbiet tal-pagi tiegħu.

    Madankollu, ir-Red Devils issa huma lesti li joffru lill-player ta’ 29 sena kuntratt ġdid ta’ erba’ snin fejn mistenni jaqla’€200,000fil-ġimgħa.

    Iżda jidher li r-rapprezentanti ta’ Herrera qed jitolbu kuntratt ta’ ħames snin li jiswa €347,000 fil-ġimgħa.