Real Madrid jixħtu l-attenzjoni fuq Pierre-Emerick Aubameyang

    Real Madrid huma nteressati fl-attakkant internazzjonali tal-Gabon ta’ Arsenal, Pierre-Emerick Aubameyang.

    Aubameyang skorja 32 goals f’56 partita mindu ngħaqad mal-Gunners mingħand Borussia Dortmund, f’Jannar 2018.

    Madankollu, il-player ta’ 29 sena jista’ jħalli l-Emirates Stadium fi tmiem l-istaġun jekk Arsenal ma’ jikkwalifikawx għal-UEFA Champions League.

    L-attakkant fadallu ftit iktar minn sentejn fuq il-kuntratt attwali tiegħu, u jidher li Real huma lesti li jagħmlu offerta ta’ €45 miljun fis-sajf li gej.