Ilkay Gundogan fir-radar ta’ Inter

    Id-diriġenti ta’ Inter komplew bit-tfittxija għall-plejer f’nofs il-ground li jistgħu jakkwistaw fil-bidu tal-istaġun li ġej u l-għażla tidher li ser tkun bejn il-midfielder ta’ Manchester City Ilkay Gundogan u dak ta’ Barcelona Ivan Rakitic.

    Il-coach tal-Katalani Ernesto Valverde ma jixtieqx li dan tal-aħħar jitlaq mill-Camp Nou filwaqt li l-kuntratt tal-player Ġermaniż ma’ The Citizens jiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla. L-iktar ħaġa li qed tagħti tama lid-diriġenti Interisti huwa l-fatt li bħalissa Gundogan u l-coach Pep Guardiola ma tantx qed jaraw għajn m’għajn.

    Dan kollu jista’ jġiegħlu jfittex destinazzjoni oħra u Inter jafu jkunu t-tim għalih. Manchester City qed jistmaw li l-plejer jiswa madwar €40 miljun.