Juventus wara Joao Felix

    Il-hat-trick li wettaq il-player żagħżugħ Portugiż Joao Felix ma’ Benfica fil-partita mill-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Europa League kontra Eintracht Frankfurt ħajjar diversi klabbs Ewropej sabiex jippruvaw jakkwistaw is-servizzi tiegħu. Issemmew diversi timijiet fosthom Juventus, Real Madrid, Paris St Germain, Manchester City u Manchester United li lesti jħallsu kemxa flus mhux ħażin sabiex jiksbu l-firma tiegħu.

    Sadanittant l-ewwel offerta li waslet kienet proprju mingħand Juventus li ppreżentaw iċ-ċifra ta’ €75 miljun. Il-player ta’ 19-il sena għandu klawżola li tiswa €120 miljun li fil-jiem li ġejjin taf tiżdied għal €200 miljun iktar u iktar jekk ikompli jagħti wirjiet bħal dawn.

    Joao Felix ilu huwa prodott tal-istess Benfica u jilgħab bħala attakkant. Huwa skorja 10 goals f’20 dehra li kellu mal-club Portugiż.