El Shaarawy jibqa’ ma’ Roma biss jekk jikkwalifikaw għall-UCL

    Roma beħsiebhom iġeddu l-kuntratt tal-attakkant internazzjonali Taljan Stephan El Shaarawy ġaladarba jirnexxielhom jikkwalifikaw għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla tal-UEFA Champions League.

    F’każ li dan it-tragward ma jiġix milħuq, id-diriġenti Giallorossi jistgħu jikkunsidraw li jbiegħu lill-player ta’ 26 sena sabiex jaqtgħu parti mill-ispejjeż finanzjarji tagħhom. Fil-fatt in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni prestiġġjuża Ewropea tista’ tiswa lill-club mill-belt kapitali Taljana ħafna flus.

    El Shaarawy ingħaqad ma’ Roma b’self fis-sena 2016 mingħand Milan. Minn dak iż-żmien ‘l hawn lagħab 100 partita mal-Giallorossi u skorja 32 goal.