Gian Piero Gasperini kuntent ma’ Atalanta

    Meta mistoqsi dwar kemm jaħseb li jista’ jdum mal-Bergamaschi u fuq kollox jekk jixtieqx li ż-żmien tiegħu f’Bergamo ikun twil kemm jista’ jkun, il-coach ta’ Atalanta Gian Piero Gasperini, huwa qal li hu għandu kuntratt x’jirrispetta u fil-preżent jinsab ferm għal qalbu ma’ dan it-team. Mill-banda l-oħra, il-futur għalih hi l-logħba li għandhom Atalanta kontra Empoli u ftit wara l-Fiorentina fis-semi-finali tal-Coppa Italia.

    Wara dan kollu Gasperini ser ikun qed jitkellem mal-ogħla awtoritajiet tal-club fil-15 ta’ Mejju sabiex jiddeċiedu x’għandu jsir bl-aġenda prinċipali tkun il-ġejjieni tal-club.

    Gasperini inħatar coach ta’ Atalanta fl-14 ta’ Ġunju 2016 u fl-ewwel sena tiegħu mal-club, it-tim spiċċa fir-raba’ post tal-klassifika u kkwalifika għall-UEFA Europa League. Fil-passat huwa mexxa wkoll lil Crotone, Genoa, Inter u Palermo.