Jabbuża verbalment lill-impjegati tar-Ryanair għax stenna li jkun trattat aħjar 'għax miljunarju'

    Miljunarju kien ordnat iħallas £3,000 wara li verbalment abbuża minn impjegati tar-Ryanair f'ajruport fl-Ingilterra qabel ma' kellu jtir minn Bournemouth għal Malaga. Huwa saħaq li peress li hu miljunarju stenna li jkun trattat aħjar. 

    L-argument beda wara li l-istaff tar-Ryanair qalu lil Neil Grinnall, ta' 56 sena li l-hand luggage tiegħu kienet itqal min-norma. Kien f'dan il-ħin li Grinnall beda jgħajjat u jisħaq li għandu jkun trattat aħjar aktar u aktar minħabba l-fatt li hu miljunarju.