Il-Gvern Brittaniku jordna li s-siti tal-aħbarijiet ineħħu l-filmat tal-attakki fuq il-moskej

    Il-Gvern Brittaniku ordna lill-kumpaniji tal-midja biex ineħħu minn fuq is-siti tal-aħbarijiet il-filmat orribbli li nġibed waqt l-attakk terroristiku fuq żewġ moskej fi New Zealand u li ħalla għexieren ta’ persuni mejtin.

    Il-Gvern Brittaniku wasal għal din id-deċiżjoni wara li l-filmat beda jixxerred fuq il-midja soċjali u l-midja tal-pajjiż għażlu li jxandru l-filmat fuq is-siti tal-aħbarijiet tagħhom.

    Kienu diversi l-mexxejja dinjin li esprimew il-kondoljanzi u kkundannaw l-attakki terroristiċi. Dan filwaqt li l-mexxejja Musulmani qed jisħqu li dawn l-attakki huma xhieda ta’ mewġa ta’ vjolenza kontra l-Iżlam.