Jittellgħu l-poloz tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League

    Hekk kif ittellgħu l-poloz tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League, iż-żewġ timijiet Ingliż ta’ Manchester City u Tottenham Hotspur se jilagħbu kontra xulxin biex dan il-konfront se jkun wieħed miftuħ għal kull riżultat.

    Filwaqt li Liverpool ittellgħu biex imorru jilagħbu għand Porto, Manchester United se jaffrontaw lil Barcelona filwaqt li Juventus jospitaw lil Ajax Amsterdam fl-ewwel leg.

    Il-poloz ittellgħu hekk:

    AJAX  v  JUVENTUS

    LIVERPOOL  v  FC PORTO

    TOTTENHAM  v  MANCHESTER CITY

    BARCELONA  v  MANCHESTER UNITED 

    L-ewwel leg jintlagħab nhar id-9 u l-10 ta’ April filwaqt li t-tieni leg jintlagħab fis-16 u fis-17 ta’ April.

     

    Il-poloz tas-semi-finali huma:

    Tottenham/Man City  v  Ajax/Juventus

    Barcelona/Man Utd v Liverpool/Porto

    L-ewwel leg tas-semi-finali jintlagħab fit-30 ta’ April u fl-1 ta’ Mejju filwaqt li t-tieni leg jintlagħab fis-7 u fit-8 ta’ Mejju.

     

          Il-Finali se tintlagħab fil-Wanda Metropolitan Stadium, f’Madrid, nhar is-Sibt, 1 ta’ Ġunju.