Urbano Cairo kuntent bil-progress ta’ Torino

    Il-president ta’ Torino, Urbano Cairo, tkellem fuq dak li ġara s’issa matul dan l-istaġun u dwar l-objettivi li poġġew it-tim imsejjaħ I Granata. L-ewwel u qabel kollox, Cairo hu xi ftit superstizzjuż u naqas milli jsemmi l-UEFA Europa League li tant huma viċin għaliha. Cairo qal li jinsab ferm kuntent bis-sitt post tal-klassifika b’mod partikolari bil-wirjiet li ta t-tim.

    Il-president ta’ 61 sena ma naqasx millj jsemmi s-suċċessi li qed jiksbu t-team tal-Primavera fejn wara li rebħu s-Super Cup Taljana, irnexxielhom jiksbu post fil-finali tal-Coppa Italia u jinsabu fit-tielet post tal-klassifika tal-kampjonat. Huwa qal li dan jawgura tajjeb għall-futur minħabba żgħażagħ ta’ talent li qed itellgħu.

    Fl-aħħarnett hu temm jgħid li jixtieq li l-club jagħmel xi ħaġa speċjali sabiex jagħti rigal lill-partitarji akkaniti tagħhom.