Taħriġ għall-Uffiċjali tad-Dwana minn esperti Ingliżi

    Numru ta’ Uffiċjali tad-Dwana ilbieraħ temmew taħriġ estensiv fuq servizzi ta’ intelliġenza li sar minn esperti Ingliżi, membri tal-UK Border Force Targeting & Engagement. Il-kors kien mifrux kemm fuq aspetti teoretiċi, kemm fuq aspetti prattiċi, kif ukoll fuq użu tekniku ta’ apparat u teknoloġijmoderna.

    Id-Dipartiment tad-Dwana, filwaqt li jawgura lill-uffiċjali li għamlu dan it-taħriġ, jirringrazzja lill-espertiIngliżi talli qasmu l-esperjenza vasta tagħhom mad-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta.

    Dan kien wieħed mill-ħafna korsijiet ta’ taħriġ li d-Dipartiment tad-Dwana qiegħed jorganizza għall-impjegati tiegħu.  Korsijiet oħra ppjanati jkopru l-qafas legali doganali nazzjonali, il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, aspetti ta’ accounts  u awditjar, aspetti ta’ analiżi tar-riskju, l-użu ta’ data mining tools u aspetti prattiċi ta’ infurzar.