AĠĠORNAT: Sospiża d-data tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

    Aġġornat: 

    Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May għadha kif ħabbret li d-data li timmarka t-tluq tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea ġiet sospiża għal data aktar tard mis-29 ta' Marzu.  

     

     

    Aktar qabel:

    Il-Parlament Ingliż għadu kif ivvota kontra il-mozzjoni biex isir it-tieni referendum dwar Brexit. Bi 334 voti kontra u 85 favur, il-Membri Parlamentari Ingliżi ma aċċettawx li l-poplu jerġa' jmur fuq il-mejda tal-vot u jagħżel jekk ir-Renju Unit jitlaqxx mill-Ewropea jew le. 

    Il-Partit Laburista mmexxi minn Jeremy Corbyn, astjena milli jivvota bir-raġuni tagħhom tkun li "bħalissa mhuwiex il-waqt li jerġa jsir referendum ieħor."