Kważi spiċċat imkeċċija minn fuq titjira għax 'kienet liebsa diżonest'

    Emily O'Connor qatt ma bassret dak li kien qed jistenniha fl-Ajruport meta kienet se tivvjaġġa minn Bham għal Tenerife. Dan għaliex il-kumpanija tal-ajru Thomas Cook, qalet lit-tfaj;a ta' 21 sena li ma tistax tibqa' fuq l-imsemmija titjira minħabba r-raġuni li skonthom kienet "liebsa imqaċċta u diżonest." 

    Iżda ftit qabel ma tkeċċiet, Emily libset ġakketta u serħet ras lill-kumpanija li ma kienet se tagħti l-ebda skandlu. 

    Emily, li saret popolari permezz ta' din l-esperjenza kemm xejn qarsa, qalet li hi ddeċidiet ma tilbisx ġakketta mhux għax riedet titkessaħ jew turi ġisimha, i'da minħabba l-fatt li kienet qed tħoss is-sħana. 

    Intant, din id-deċiżjoni ta' Thomas Cook am tantx niżlet tajjeb mal-pubbliku, hekk kif 85% tan-nies ikkritikaw din id-deċiżjoni.