'Għidtilha kif għandha tmexxi Brexit imma ma semgħetx minni' - Donald Trump lil Theresa May

    Ftit tas-sigħat qabel ma' jittieħed il-vot kruċjali dwar jekk ir-Renju Unit għandhiex terġa tagħmel referendum ieħor dwar il-famuż Brexit, il-President tal-Istati Unit nibbex lil Theresa May billi qalla li ma semgħatx minnu. 

    Fil-fatt huwa qal li huwa ta' pariri kif għandha tmexxi l-pjanijiet ta' Brexit iżda "ma semgħetx minni." Trump qal dan waqt laqgħa li huwa kellu fil-White House ma' Leo Varadkar.

    Trump temm jgħid li huwa jinstab mistgħaġeb kif in-negozjati ta' Brexit wasslu s'hawn.