Żieda ta’ 26% fl-ammont ta’ nies li applikaw għall-ewwel darba għall-ażil

    Matul is-sena li għaddiet, 2,035 persuna applikaw għall-ewwel darba biex jingħataw ażil ġewwa pajjiżnal żieda ta’ 26% fuq l-ammont tas-sena preċedenti, li pero jammonta biss għal 0.4% tal-applikazzjonijiet kollha simili li kien hemm fi ħdan l-Unjoni Ewropeja.

    Dan jirriżulta mill-aħħar stħarriġ ippubblikat mill-Aġenzija Ewropeja tal-Istatistika (Eurostat), li elenka kif tul l-2018, l-membri stati tal-Unjoni Ewropeja rreġistraw 580,800 talba ta’ ażil minn persuni ġodda, 11% inqas minn dak tas-sena li għaddiet, u inqas minn nofs l-ammont rreġistrat matul l-2015.

    Meta l-ammont ta’ applikazzjonijiet jiġi kkumparat mad-daqs tal-popolazzjoni tal-istat membru, jirriżulta li Malta kellha t-tielet l-ikbar rata (4,276 applikazzjoni għal kull miljun resident), wara l-Greċja (6,051) u ċ-Ċipru (8,805), bir-rata Maltija tkun kważi erba darbiet ikbar mill-medja Ewropeja (1,133 applikant għal kullż miljun resident). L-iżgħar rati ġew irreġistrati fl-Islovakja, il-Polonja, l-Ungerija, l-Estonia u l-Latvja, filwaqt 

    Minkejja li l-Ġermanja kellha l-ikbar numru ta’ persuni li applikaw għall-eżilju għall-ewwel dara (kważi 200,000 persuna, jew 27.9% tal-applikazzjonijet kollha fi ħdan l-Unjoni Ewropeja), ir-rata ta’ applikanti meta mqabbel mal-popolazzjoni hija l-ħames waħda. Flimkien mal-Ġermanja, kienu Franza (19%), il-Greċja (11%), Spanja (9%), l-Italja (8%) u r-Renju Unit li kellhom l-ikbar ammont ta’ applikazzjonijiet għall-ażil, minkejja li l-Italja kien il-pajjiż li rreġistra l-akbar tnaqqis fl-ammont ta’ applikanti (-61%) mill-ammont rreġistrat matul is-sena tal-2017.

    Skont l-istess stħarriġ, l-ikbar ammont ta’ persuni li applikaw għall-ażil għall-ewwel darba f’pajjiżna kienu ġejjin mis-Sirja (22%), iegwiti mis-Somalja (15%) u l-Libja (15%). Mill-aspett Ewropew, 80,000 Sirjan applikaw għall-ażil għall-ewwel dara (14%), segwiti minn 40,000 persuna mill-Afghanistan (7%) u l-Iraq (7%).