Sitt nisa Kolombjani jingħataw sentenza sospiża fuq prostituzzjoni

    Sitt nisa Kolumbjani ngħataw sentenza ta’ 12-il xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettew akkużi relatati mal-prostituzzjoni. B’rabta ma’ dan il-każ tressqu wkoll żewġt’irġiel Maltin li ma ammettewx li għexu minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni tal-istess nisa.

    Is-sitt nisa li tressqu b’arrest quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli kienu Kelli Johana Bermudez Patino ta’ 21 sena, Yeiny Carolina Ayola Moncado ta’ 23 sena, Luisa Fernanda Villalba Monsalve ta’ 20 sena, Maria Valentina Sanchez Quiganes ta’ 18-il sena, Laura Cristina Louiza Acevedo ta’ 21 sena u Daniela Cardona Carrillo ta’ 26 sena.

    Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Roxanne Tabone semmew kif x’ħin il-Pulizija daħlu fil-post sabu diversi persuni bla ħwejjeġ waqt li kienu għaddejjin bl-attivitajiet sesswali. Żied jingħad li l-Pulizija sabu l-post l-antik fejn kien qed isir il-burdell kif ukoll il-post il-ġdid.

    Huwa wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u kienu kkundannati sitt xhur ħabs sospiżi għal erba’ snin mentri ż-żewġt irġiel l-oħra li tressqu b’rabta mal-istess każ, Don Spagnol ta’ 36 sena u Luke Farrugia ta’ 31 sena baqgħu jinżammu taħt arrest preventiv.