Enemed tisponsorja l-MDRA

    Is-Sibt 30 ta’ Marzu, iċ-Ċampjin tad-Dinja ta' ħames darbiet Aaron Ciantar, flimkien mat-throttleman tiegħu Dominique Martini, se jsiru t-team li ċċirkaviaga lil Malta fl-inqas ħin possibli. Is-Sur Ciantar u s-Sur Martini se jitilqu mill-Grand Hotel Excelsior Marina, Valletta, fuq il-powerboat tagħhom Team Chaudron powered by Enemed biex jgħamlu l-‘Enemed Chaudron V1 Powerboat Malta Circumnavigating World Record Breaking Attempt.’

    Ir-rekord ta’ qabel kin jinżamm minn Mario Invernizzi, stabbilit fl-2006 b-rekord ta’ ftit iktar minn 34 minuta. It-tentattiv ta’ Aaron u Dominique kien oriġinarjament skedat li jseħħ is-sena l-oħra imma kellu jiġi pospost minħabba ħsara fil-magna. Fit-30 ta’ Marzu, iċ-ċampjins jittamaw li jiġi milqugħin b’temp tajjeb, hekk kif ikunu qedin jieħdu sehem fl-isfida sensittiva għall-ħin.

    Aaron ilu jikkompeti professjonalment mill-2004, u ċċertifika l-istatus tiegħu taċ-ċampjin tad-dinja għall-ewwel darba fl-2008. Minn dakinhar, huwa kompla jirbaħ it-titlu dinji ħames darbiet, bit-tama li jżid ir-rekord tal-veloċità dinjija tiegħu biex jiċċirkola madwar Malta mal-lista twila tiegħu ta’ kisbiet. 

    Żur il-paġna ta’ Enemed fuq Facebook għal aktar informazzjoni.