Snooker: L-ewwel mara li għamlet il-break massimu ta’ 147

    It-Taljandiża, Nutcharut Wongharuthai, għamlet il-break massimu ta’ 147 għall-ewwel darba fil-karriera tagħha fil-Hi-End Snooker Club fit-Tajlandja.

    Il-player li tinsab fin-numru 8 tad-dinja għamlet il-break maġiku waqt logħba ta’ prattika u huwa mifhum li l-break huwa l-ewwel 147 li qatt sar minn mara f’logħba kemm fil-prattika jew f’tournament.

    Din il-bravura segwiet is-sena ta’ suċċess li kellha Wongharuthai, li għandha 19-il sena, fl-2018, meta waslet sa żewġ finali ta’ tournaments ranking fis-sena kalendarja fi triqitha biex daħlet fl-aqwa 10 tad-dinja għall-ewwel darba.

    Hija rebħet ukoll il-Kampjonat tad-Dinja Under-21 tan-Nisa għall-ewwel darba f’April li għad­da u x-xahar id-dieħel se tirritorna fl-Ingilterra biex tiddefendi t-titlu tagħha.