Euro 2020: Imsejħa l-iskwadra proviżorja ta’ Malta

    Il-coach nazzjonali, Ray Farrugia, sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 25 player għaż-żewġ logħbiet validi mill-Euro 2020 li se jintlagħbu proprju dan ix-xahar kontra Faroe Islands u Spanja rispettivament.

    Il-logħba kontra Faroe Islands se tintlagħab fit-23 tax-xahar filwaqt dik kontra Spanja tintlagħab tlett ijiet wara.

    F’din l-iskwadra hemm erba’ players ġodda. Dawn huma Matthew Guillaumier u Kurt Zammit (Birkirkara), Karl Micallef (Hamrun S.) u Nikolai Muscat (Gzira U).

    L-iskwadra msejħa hija:

    Goalkeepers:Henry Bonello (Valletta); Justin Haber (Gżira United); Nicky Vella (Pietà Hotspurs). 

    Difensuri:Andrei Agius (Hibernians); Steve Borg (Valletta); Ryan Camilleri (Valletta); Jonathan Caruana (Valletta); Joseph Mbong (Hibernians); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Nikolai Muscat (Gżira United); Zach Muscat (SC Olhanense, Portugal); Joseph Zerafa (Valletta).

    Midfielders:Juan Corbalan (Gżira United); Paul Fenech (Balzan), Jake Grech (Hibernians); Leighton Grech (Senglea Athletic); Matthew Guillaumier (Birkirkara); Bjorn Kristensen (Hibernians); John Mintoff (Sliema Wanderers); Rowen Muscat (Valletta); Dunstan Vella (Hibernians); Kurt Zammit (Birkirkara).
    Attakkanti:Juan Michael Mifsud (Birkirkara); Luke Montebello (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta).