Cristiano Ronaldo jista’ jiġi sospiż logħba

    L-attakkant internazzjonali Portugiż ta’ Juventus, Cristiano Ronaldo, jista’ jiġi sospiż partita jekk jinstab ħati li għamel mossa vulgari quddiem il-partitarji ta’ Atletico Madrid wara r-rebħa ta’ 3-0 valida mit-tieni leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League.

    Hu mifhum li l-attakkant ta’ 33 sena imita lill-coach ta’ Atletico, Diego Simeone, wara li dawn tal-aħħar kienu rebħu l-ewwel leg bl-iskor ta’ 2-0, fil-Wanda Metropolitano Stadium.

    Il-UEFA mistennija tiftaħ investigazzjoni biex tistudja dan il-każ. Hu mifhum ukoll li Ronaldo se jiġi mmultat (bħal Simeone) iżda jekk jinstab li l-mossa vulgari kienet diretta lejn il-partitarji avversarji, huwa se jiġi sospiż.