Partiti ta’ ħbiberija: Imsejħa l-iskwadra nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena

    Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Silvio Vella, sejjaħ skwadra ta’ 20 player għaż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra t-Turkmenistan, li se tintlagħab il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, u kontra l-Kosovo, erbat ijiem wara.

    Dan iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu waqt training camp li se jsir, f’Antalya, fit-Turkija, bħala preparaz­zjoni għal-logħbiet mill-Kampjonat Ewropew, bl-avversarji jkunu d-Danimarka, ir-Rumanija, l-Ukrajna, il-Finlandja u l-Irland ta’ Fuq. 

    L-iskwadra msejħa hija:

    Goalkeepers: Timothy Aquilina (Sliema W.), Andreas Vella (Mosta).

    Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema W.), Connor Zammit (Hibernians), Zachary Cassar (Senglea A.), Michele Sansone (Sliema W.), Nicholas Pulis (Valletta), Zachary Karl Grech (Pembroke A).

    Midfielders: Myles Beerman (Gżira Utd), Gary Camil­leri (Senglea A.), Neil Frendo (OFK Belgrad), Marcus Grima (Barnsley), Russell Fenech (Sirens), David Xue­reb (Hibernians), Aidan Jake Friggieri (St Andrew’s), Jan Busuttil (Pietà H.), Jan Tanti (San Gwann).

    Attakkanti: Zachary Brincat (Mosta), Omar Elouni (Sliema W.).