Kampjonat Premier: Valletta leaders assoluti

    Ritratt: File photo

    Mosta.................. 0

    Valletta............... 1

    Valletta kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq  Mosta bil-goal jasal kmieni fil-partita eżattament wara sitt minuti minn Miguel Angel Alba.

    B’hekk huma telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika b’50 punt, żewġ punti vantaġġ fuq Hiber­nians.

    Il-Beltin reġa’ kel­lhom lil Matteo Piciollo nieqes minħabba li għadu qed jirkupra minn injury fil-hamstring u lil Rowen Muscat minħabba li weġġa’ fl-ewwel taqsima fil-konfront preċedenti kontra Pietá Hotspurs.

    Għalihom irritorna d-difensur Joseph Zerafa wa­ra li kien tilef il-konfront kontra l-Hotspurs min­ħabba injury.

    Il-Beltin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss sitt minuti  fetħu l-iskor per­mezz ta’ cross-shot mid-distanza ta’ MIGUEL ANGEL ALBA li ma ġiex miż­mum mill-goalkeeper mill-Gabon, Yves Stephane Moto,  li kien qed jiddebutta għal Mosta.

    Huma komplew jippres­saw u fid-29 minuta Bogdan Gavrila ħarab taj­jeb mal-lemin qabel kellu x-xutt bid-dawra tiegħu jgħaddi ftit barra mil-lasti ta’ Moto.

    B’mod gradwali kompla d-dominju assolut Belti u fil-41 minuta, Miguel Angel Alba indirizza corner lejn Bojan Kaljevic li għadda tajjeb u kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin jaħbat mal-mimduda qabel intemm barra.

    Mosta wieġbu għall-ewwel  darba, żewġ minuti biss wara meta Duane Bonnici kellu mossa tajba, qabel għadda lejn James Brincat li minn pożizzjoni ideali tefa’ għoli.

    Mill-azzjoni li segwiet Valletta fallew ċans tad-deheb li jirduppjaw meta Bojan Kaljevic għadda tajjeb lejn Miguel Angel Alba li kellu x-xutt tiegħu  mblukkat minn Moto li iżda ma żammx biex mir-rebound Mario Fontanella ttanta xortih permezz ta’ rovex­xjata li iżda għaddiet ftit barra.

    Fit-tieni taqsima Valletta komplew jikkontrollaw lill-avversarji tagħhom fejn kellhom ħafna iktar pus-sess tal-ballun, b’Mosta jippruvaw joħolqu xi periklu iżda mingħajr frott, biex l-iskor sas-suffara finali baqa’ ma nbidilx.

    MOSTA: 99-Yves Stephane Moto, 6-Gianluca Cuomo, 10-James Brincat (77-Za­chary Brincat 69), 11-Duane Bonnici, 14-Dexter Xuereb, 15-Rafael Morisco, 20-Davy Angan N’Guessan, 22-Tyrone Farrugia, 23-Federico Franchini, 30-Akeem Garnet Roach, 89-Juri Cisotti -Coach: Mark Miller

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 2-Jonathan Caruana, 4-Steve Borg, 5-Ryan Camilleri, 6-Antonio Monticelli (22-Nicholas Pulis 85), 8-Santiago Malano, 19-Joseph Zerafa, 27-Miguel Angel Alba (16-Jean Borg 74), 77-Bogdan Gavrila (18-Enmy Manuel Pena Beltre 68), 86-Bojan Kaljevic, 89-Mario Fontanella -Coach: Danilo Doncic

    REFEREE: Trustin Farrugia Cann

    ASS. REFEREES:Thomas Debono, Theodore Zammit

    RABA’ UFF: Mario Apap

    SKORERS:M. A. Alba 6 (V)

    AMMONITI:A. Monticelli, J. Zerafa (V), J. Cisotti (M)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Miguel Angel Alba (V)