Kampjonat Premier: Pass important ta’ Floriana lejn is-salvazzjoni

    Ritratt: File photo

    Pietá H................ 0

    Floriana.............. 2

    Wara d-draw ta’ mingħajr goals kontra Balzan, Floriana bl-aktar mod meritat irritornaw għar-rebħ meta ddominaw u għelbu l-isfida ta’ Pietá Hotspurs bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu fit-tieni tasima.

    B’din r-rebħa Floriana għandhom 25 punt biex għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni meta jinsabu tmien punti fuq it-team li jinsab fit-12-il post li fi tmiem l-istaġun ikun irid jilgħab fil-Relegation/Pro-motion Decider kontra t-team li jispiċċa fit-tielet post fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

    Iż-żewġ coaches  kel-lhom il-players kolllha għad-dispożizzjoni tagħ­hom, fejn għal Pietá Hotspurs irritornaw fl-azzjoni Antonio Machedo Neto u l-captain Christian Grech wara li servew tliet logħbiet sospensjoni.

    Min-naħa l-oħra għal Floriana, irritornaw Emer­son Marcelina u Lucas Vieira Da Silva b’dan tal-aħħar fil-partita preċedenti kontra Balzan ikun biss fuq il-bank tas-sostituti.

    L-ewwel nofs siegħa tal-partita kienet waħda ferm kwieta minn kull emozzjoni kkaratterizzat minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

    Kien biss fit-32 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, bil-Greens ikunu huma li joħolqu l-periklu meta xutt mil-lemin ta’ Brandon Diego Paiber għadda ftit barra.

    Minn din l-azzjoni, Floriana bdew jiddominaw u fid-39 minuta Alex Cini kellu xutt insidjuż minn kważi tarf il-kaxxa li għadda ftit barra.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima il-Greens komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fis-47 minuta, Ulises Jose Arias, kellu xutt insidjuż minn ġol-kaxxa jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper Nicky Vella.

    Dan kollu kien il-preludju biex fit-63 minuta, Floriana meritatament imorru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt djagonali minn ġol-kaxxa tal-Arġentin-Malti BRANDON DIEGO PAIBER.

    Huma komplew jiddo­minaw il-partita għal kollox u fil-71 minuta ma kienet l-ebda sorpriża li  rduppjaw l-iskor permezz ta’ xutt mill-ewwel bid-dawra ta’ EMERSON MARCELINA minn kwazi fuq il-penalty spot biex irriżulta goal tal-istampi.

    Fit-80 minuta, Pietá Hotspurs ħolqu l-unika az­zjoni denja ta’ nota meta Umeh Uchenna Calistus ħarab taj­jeb qabel kellu x-xutt fil-baxx tiegħu salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Floria­na, Akpan.

    Fil-kumplament tal-par­tita, Floriana baqgħu jam­ministraw il-vantaġġ kom­du li kellhom.

    PIETÁ H. 19-Nicky Vella, 2-Ose Takaki, 7-Dylan Agius, 9-Paul Chimezie (14-Nicholas Pisani 73), 10-Jan Busuttil (33-James Scicluna 81), 15-Gab­riel Mensah, 16-Juan Manuel Artiaga,  18-Christian Grech, 23-Umeh Uchenna Calistus, 31-Ishaya Irimiya Jalo (4-Jake Ghio 61), 44-Antonio Machedo Neto -Coach: Ramon Zammit

    FLORIANA: 12-Ini Etim Akpan, 6-Enzo Ruiz, 9-Kristian Keqi, 11-Brandon Diego Paiber (28-Edward Herrera 81), 17-Jurgen Pisani, 20-Tia­go Galvao da Silva, 22-Alex Cini, 25-Ulises Jose Arias (8-Clyde Borg 69), 26-Arthur Oyama, 91-Emerson Marcelina, 99-Lucas Vieira Da Silva (80-Terence Vella 60) -Coach: Guido Ugolotti

    REFEREE: Emanuel Grech

    ASS. REFEREES:Alan Camilleri, Darko Stankovic

    RABA’ UFF: Andrea Sciriha

    SKORERS:B. D. Paiber 63, E. Marcelina 71 (F)

    AMMONITI:G. Mensah, I. I. Jalo, U. Uchenna Calistus (P)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Emerson Marcelina (F)