'Għalfejn nestendu Artiklu 50 meta d-diskussjonijiet dwar Brexit huma lesti?' - Michel Barnier

    Waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament Ewropew, Michel Barnier staqsa għalfejn l-Unjoni Ewropea għandha testendi d-diskussjonijiet dwar Artiklu 50 meta d-diskussjonijiet dwar Brexit huma lesti u qegħdin fuq il-mejda. 

    Barnier żied jgħid li qabel mal-Unjoni Ewropea tieħu deċiżjoni dwar aktar diskussjonijiet dwar l-estensjoni ta' Artiklu 50, ir-Renju Unit irid jkollu pjan "b'maġġoranza." 

    Barnier kompla jgħid l-ballun qiegħed f'saqajn ir-Renju Unit u huwa dan il-pajjiż li jrid iwieġeb għall-mistoqsijiet li ma jista' jirrispondihom ħadd ħlief huma. 

    Quddiem dan l-MPE Guy Verhofstadt qal li hu kontra kull tip ta' estensjoni. Fil-fatt huwa kkonkluda jgħid, "Ejjew b'deċiżjoni, għax l-inċertezza qed iddejjaq lil kulħadd." Il-President Franċiż, Emmanuel Macron kompla fuq dawn l-istqarrijiet tant li għamilha ċara li huwa kontra l-estensjoni ta' Artiklu 50. 

    Estensjoni ta' Artiklu 50 jfisser li kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea jrid jaqbel unanimament dwar l-estensjoni. Mingħajr dan il-qbil, fd-29 ta' Marzu r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea mingħajr qbil.