Jallegaw li hemm 'intenzjoni mill-femministi u l-komunit√† LGBT biex jimminaw il-figura tar-raġel'

    Grupp fuq is-sit soċjali intitolat 'Ex-LGBT Malta' qed jakkuża lill-'femminsiti u l-komunità LGBT li qed jimminaw il-figura tar-raġel' fis-soċjetà. Din l-istqarrija minn dan il-grupp ħarġet fid-dawl tal-filmat tal-kanzunetta 'Chameleon' kantata mir-rebbieħa tal-X-Factor Malta, Michela Pace. Liema diska se tkun qed tirrapreżenta lil Malta f'Mejju li ġej f'Tel Aviv. 

    Fl-istqarrija li tellgħu fuq Facebook, dan il-grupp jgħid li mhux sew li fil-filmat tal-kanzunetta "jidhru r-rġiel iffeminati." Ikomplu jgħidu dan "joħloq konfużjoni fil-ġeneru tal-bniedem." Jtemmu l-messaġġ tagħha billi 'jappellaw' biex inħallu "lill-irġiel fl-għeruq tagħhom tal-maskulinità." 

    Ta' min jinnota li dan it-tip ta' messaġġ dwar il-konverżjoni minn persuna omosesswali għal persuna eterosesswali huwa llegali.