Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin igiddeb lill-MPE David Casa … Jikkonferma li nħarġet visa lill-ġurnalista Torka

    L-allegazzjonijiet tal-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa li l-Gvern Malti ddiskrimina fil-konfront tal-ġurnalista Torka Pelin Unker billi ma nħarġitilhiex visa biex tkun tista’ tivvjaġġa lejn Malta huma totalment foloz.

    Hekk saħaq il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fi stqarrija, fejn żied jgħid li Unker fil-fatt kienet inħarġitilha visa u għaldaqstant tista’ żżur lil pajjiżna għall-attività li hija mistennija li jindirizza.

    Fl-istess stqarrija l-Ministeru tenna li d-deċiżjoni biex ma tinħariġx visa lil qraba tal-ġurnalista kienet ibbażata fuq deċiżjoni ta' pajjiż ieħor membru fiż-żona Schengen, fejn l-awtoritajiet irrifjutaw applikazzjonijiet simili li saru mill-istess individwi.