Christian Eriksen fil-mira ta’ Zidane

    Il-coach il-ġdid ta’ Real Madrid, Zinedine Zidane, irid jiffirma lill-midfielder internazzjonali Daniż ta’ Tottenham,

    Christian Eriksen,  fis-sajf li ġej.

    Zidane huwa mistenni li jingħata budget sinifikanti għat- trasferimenti dan is-sajf f’tentattiv biex il-Los Blancos jisfidaw għar-rebħ tat-titlu fl-istaġun li ġej.

    Il-kuntratt attwali ta’ l-internazzjonali Daniż jiskadi fl-aħħar tal-istaġun li jmiss u l-futur tiegħu mal-club ta’ tramuntana ta’ Londra huwa wieħed inċert.

    Il-player ta’ 27 sena ngħaqad ma’ Spurs mingħand Ajax fis-sajf 2013, fejn skorja 63 goal u rregistra 81 assist f’264 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.