Marcus Rashford se jirdoppjalu s-salarju

    Il-paga tal-attakkant ta’ Manchester United, Marcus Rashford, ser tirdoppja meta jiffirma l-kuntratt ġdid mar-Red Devils.

    Il-United jinsabu ċerti li l-internazzjonali Ingliż se jikkommeti l-futur tiegħu f’Old Trafford wara li l-kuntratt attwali tiegħu jiskadi fl-aħħar tal-istagun li jmiss.

    Rashford diġá jinsab f’taħdidiet mal-United dwar kuntratt ġdid u jidher li diskussjonijiet waslu biex jiġu finalizzati.

    Jidher li s-salarju ta’ Rashford se jkun dak ta’ €175,000 fil-ġimgħa meta l-paga oriġinal tiegħu kienet dik ta’ €87,000.

    Real Madrid, Paris Saint-Germain u Juventus kollha ġew assocajti ma’ Rashford u jinsabu lesti li jagħmlu offerta uffiċjali fi tmien l-istagun.