Eden Hazard irid jingħaqad ma’ Real Madrid

    Eden Hazard huwa determinat li jħalli lil Chelsea biex jingħaqad ma’ Real Madrid fi tmiem l-istaġun.

    Il-kuntratt attwali ta’ Hazard fiStamford Bridge jiskadi fl-aħħar tal-istaġun li jmiss, bl-internazzjonali Belġjan  issa ilu jigi assoċjat maċ-champions Ewropej għal dawn l-aħħar xhur.

    Iżda l-Madrileni se jkollhom iħallsu €116-il miljun jekk jridu jgibu lil midfielder fil-Bernabeu.

    Bħalissa Hazard jinsab għaddej minn forma eċċezzjonali li tagħmel lil dan il-player wieħed mill-aqwa fil-Premier League. Huwa skorja 16-il goal u rreġistra 11-il assist fil-kompetizzjonijiet kollha.

    B'kollox, dan l-attakkant ta’ 28 sena, skorja 105 goals u rreġistra 86 assist fi 338 partitagħall-club Ingliż mindu ngħaqad magħhom mingħand Lille, fl-2013.