Raġel minn Ħal Safi jsofri ġrieħi gravi wara li jaqa' mill-għoli f'sit tal-kostruzzjoni f'San Ġiljan

    Raġel minn Ħal Safi sofra ġrieħi gravi wara li aktar kmieni waranofsinhar waqa’ mill-għoli f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 p.m. f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq id-Dragunara.

    Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma u ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 63 sena l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.