[RITRATTI] Kwistjoni f'barriera fil-limiti ta' Lapsi … Għexieren ta' trakkijiet f'serbut ma jaqta' xejn

    Inewsmalta hija informata li fil-viċinanzi ta’ barriera fil-limiti ta’ Lapsi nqalgħet kwistjoni fir-rigward ta’ rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni minn trakkijiet. Jidher li allegatament il-barriera waqqfet ħabta u sabta s-servizz tagħha bil-kaġun li fuq il-post inħoloq serbut twil ta’ għexieren ta’ trakkijiet bix-xufiera jistennew li s-sitwazzjoni tissolva.

    Xufiera li tkellmu ma' Inewsmalta qalulna li t-trakkijiet ilhom jinġemgħu sa mid-9.00 a.m.

    Fuq il-post marru wkoll uffiċjali tal-Pulizija.

    Aktar tagħrif kif jaslilna…