Żewġ anzjani jittajru f'Ħal Qormi … Isofru ġrieħi gravi

    Żewġ anzjani sofrew ġrieħi ta’ natura gravi wara li ttajru f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 a.m. fi Triq il-Vitorja.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li mara ta’ 33 sena residenti Ħal Qormi kienet qed issuq vettura tal-għamla Ford Fiesta meta għal xi raġuni laqtet lil mara ta’ 72 sena u raġel ta’ 73 sena, it-tnejn li huma residenti Ħal Qormi.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġew iċċertifikati li kienu qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.