[FILMAT] Kelb jagħti ħajtu biex jiddefendi lil familtu … Imut wara li jingidem minn cobra

    Dan il-filmat juri l-mument meta kelb erojku tar-razza Dalmation miet wara li ngidem minn serp cobra hekk kif kien qed jagħmel minn kollox biex jipproteġi lill-familja tiegħu mis-serp velenuż.

    Sid il-kelb, Ameen Sharif, mill-belt ta’ Bhubaneswar fil-Lvant tal-Indja, kien rieqed meta qam bl-inbiħ tal-kelb. Hekk kif ħareġ jiġri jara x’kien qed jiġri ra lill-kelb jiġġieled mal-kelb.

    Madankollu qabel ma Ameen u membri oħrajn tal-familja setgħu jintervjenu, il-kelb, Tyson, kien diġà attakka u qatel lis-serp.

    B’xorti ħażina l-kelb immedjatament beda jidher mhux f’sikktu. Kien wara li r-raġel mar imelles lill-kelb li nduna li kien safa migdum minn dak meqjus bħala wieħed mill-aktar sriep velenużi.

    Ir-raġel ipprova jagħmel minn kollox biex isalva lill-kelb, tant li anke ċempel fuq numru ddedikat għall-gdim minn sriep, b’espert jidentifika lis-serp bħala cobra Indjan u jagħti parir biex jieħdu lill-kelb immedjatament għand veterinarju.

    Madankollu minħabba li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 a.m. ma setgħux isibu min seta’ jassisti lill-kelb, u kellhom jassistu għall-mewt ta’ Tyson fi żmien nofs siegħa.