100 sena mit-twaqqif tal-Hilton

    Il-Marka tal-Lukandi famuża, Hilton se tkun qed tiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tagħha fil-31 ta’ Mejju! Dan ifisser seklu ta’ innovazzjoni, ospitalità u ħsieb rivoluzzjonarju. 

    L-isem magħruf ta’ Conrad Hilton illi waqqaf il-Marka Hilton fl-1919, xtara l-ewwel propjetà, The Mobley Hotel f’Cisco, Texas. Huwa kompla jkabbar in-negozju tiegħu billi fetaħ it-tieni lukanda f’Dallas, Texas, id-Dallas Hilton. Din kienet l-ewwel lukanda illi ġarret l-isem ta’ Hilton. Illum il-ġurnata, il-Marka kompliet tikber f’madwar 5,500 lukanda, 14-il marka mifruxin fil-fuq minn 106 pajjiżi u b’rekord fenomenali ta’ aktar minn 3 biljun mistieden.

    Il-Hilton minn dejjem kienet innovattiva fl-industrija u saħansitra kienet kapaċi tinkoraġixxi lill-ħaddiema tagħha billi tikkoltiva atmosfera ta’ intraprenditorjaliżmu fuq il-post tax-xogħol. Xi wħud jirreferu għal dan bħala l-Hilton Effect. Eżempju ċar illi ftit jafu huwa li l-cocktail famuż, Piña Colada nħoloq  minn  bartender impjegat mill-Hilton Hotel f’San Juan, Puerto Rico lura fl-1954.

    Hilton hija magħrufa bħala marka innovattiva b’viżjoni. Kienet minn tal-ewwel illi introduċiet
    ir-room service, installat televiżjonijiet bil-kulur u arja kondizzjonata fil-kmamar. Il-Hilton kienet l-ewwel marka ta’ lukandi illi apprezzat it-teknoloġija u għarfet il-valur tagħha bħala vantaġġ fl-industrija u n-negozju. Illum il-ġurnata il-Hilton għadha magħrufa bħala marka innovattiva u reċentament fetħet l-ewwel villa taħt l-ilma  ġewwa l-Conrad Maldives.

    F’dawn il-ftit ġimgħat sal-għeluq tal-100 sena mill ftuħ, kull min huwa assoċjat mal-marka Hilton ser ikun qed jiċċelebra dan il-pass fenomenali. Hilton tistieden lil kullħadd sabiex jingħaqad
    maċ-ċelebrazzjonijiet u jżuru l-paġna tal-Facebook ta’ Hilton Malta għal kompetizzjonijiet u premji illi għandhom jintrebħu.