“Ħallejtna hekk ħabta u sabta kont għadni kif ngħidlek Good Day Da” … Bint Benny Casha tfakkar il-memorja ta' missierha

    “Ħallejtna hekk ħabta u sabta kont għadni kif ngħidlek Good Day Da.” Hekk saħqet bint Benny Casha f’kumment fuq il-midja soċjali li permezz tiegħu qed tfakkar il-memorja ta’ missierha. “Fejn kont qed nobsor li mhux se narak aktar.” 

    Hija tenniet l-appoġġ li dejjem sabet minn missierha. “Anke meta dħalt l-Università l-ewwel li ċempilt lilek … mument sabiħ fejn ħassejt il-vulnerabbiltà tiegħek għax indunajt li kont qed tibki daqsxejn.”

    Żiedet tisħaq li se żżomm f’moħħha dak kollu li għallimha.

    Temmet tgħid li qatt mhi se tinsa l-memorji ta’ flimkien, “dik it-tbissima ħelwa tiegħek u dik il-ħarsa li tgħidlek ħafna. Da, missier, ġojjell.”