ARA: ''Istħi jekk vera taf… kieku int joqtlulek lil martek jew lil ommok hemmhekk ejja biex nitkellmu’’

    Caricia Sammut, it-tifla ta Christine Sammut li sfat maqtula "kiesaħ u biered" minn Kenneth Gafa fl-2010 qalet li hi tinsab "iddiżappuntata u rrabjata ħafna għal dak li ġara fuq Xarabank" il-Ġimgħa li għadda. Gafa deher fuq it-televixin jisħaq li hu jħossu diżappuntat li tneħħew il-visiting hours mill-ħabs għax ma jistax jaraha lil ommu jew lill-familjari. Fid-dawl ta' dan, permezz ta' filmat fuq il-profil tagħha Caricia kitbet li "jien qatt ma nista' nerga' naraha lill-mummy. Lanqas għal minuta waħda, dan qatilli lill-mummy kiesaħ u biered." Hija qalet li dan il-bniedem mhux bis qatlilha lil ommha imma anke qabel il-każ kien "bniedem possessiv."

    Caricia, viżibilment emozjonata qalet lin-nies biex jimmaġinaw kif iħossuhom huma li kieku jaraw lir-raġel li qatel lil ommhom fuq it-televiżjoni jingħata l-pubbliċità. Intant, Caricia, allegat li kien hemm individwu li jaħdem "f'kumpanija tat-telefonija li ta' informazzjoni sensittiva" lil Gafa dwar Christine Sammut.

    Matul il-filmat, Caricia qalet li "Peppi uża lili u mhux vera jinteressaħ min-nies."

    FL-2010, Kenneth Gafa, kien qatel lill-omm Caricia Sammut, b'numru ta' tiri. Gafa, kien ammetta mal-ewwel l-akkuża li spara fuq l-eks-maħbuba tiegħu Christine Sammut, numru ta' tiri bil-konsegwenza li din mietet ftit sigħat wara l-Isptar. Kenneth Gafa, kien sparala żewġ tiri mill-viċin waqt li kienet fil-van tagħha barra ħanut tax-xorb fl-Imġarr.

    Gafa, kien ammetta mal-ewwel mhux biss l-akkuża tal-qtil iżda wkoll li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar mhux liċenzjata, li kiser il-paċi pubblika u li kkawża ħsarat volontarjamentbiex. Gafa kien weħel 35 sena ħabs u evita li jgħaddi ġuri, liema xenerju seta' rah imur sa massimu ta' għomru l-ħabs.