Iħeġġeġ in-nies jinżlu fit-toroq… 'Dan hu pajjiż tal-‘Food Banks’ u tal-vawċers' - Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo

    Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo fil-ħin tal-aġġornament iddikjara li f’Malta tagħna hawn min qed jitqabad biex jgħix. “Ma jistax ikun li minħabba ir-regħba, li mhux biss noqtlu l-wiżża li dbid il-bajd tad-deheb, imma anke nitfgħu familji fil-limbu. Pajjiżna sar il-pajjiż tal-‘Food Banks’, il-pajjiż tal-vawċers u tal-Community Chest Fund. Għandna familji li spiċċaw fil-qiegħ bla qiegħ.”

    Enfasizza li “ma tistax issalva l-ħajja ta’ dawk vulnerabbli meta qed ittihom minn naħa u toħdilhom minn naħa oħra, billi tgħolli l-prodotti tal-ħalib, tgħolli l-gass u bl-għoli l-ħajja”. Jispjega li “kulħadd igerger fuq facebook imma mbagħad ħadd mhu kapaċi juri snienu. Postna hu fit-toroq biex insemmgħu leħinna”.