El Chapo ħati! Jista' jeħel għomru l-ħabs

    Joaqin 'El Chapo' Guzmàn Loera, wieħed mill-akbar traffikanti tad-droga fil-Messiku u potenzjalment fid-dinja nstab ħati u jista jeħel is-sentenza ta' għomor il-ħabs. Guzmàn, li xi darba kien xufier tat-taxis u li llum għandu 61 sena, allegatament daħħal madwar $14-il biljun min-negozju tad-droga. 

    El Chapo nstab ħati fuq kull akkuża, b'dawn jammontaw għal 10 akkużi, fosthom traffikar ta' kokaina, eroina, marijuana u drogi oħrajn u użu ta' armi fost oħrajn. Is-sentenza se tingħata fil-25 ta' Ġunju. Intant, El Chapo ma ammettix dawn l-akkuża.

    Jidher li kif tħabbar il-verdett, El Chapo xejjer lill-mara tiegħu, Emma Coronel.