L-imħabba għamja wisq - Tfajla t’għoxrin sena tiżżewweġ pupa tal-waħx

    Ilna nafu li l-imħabba kapaċi twassal lil kwalunkwe individwu biex jagħmel affarijiet ta’ barra minn hawn. Smajna u rajna nies li żżewwġu xi siġra jew xi biċċa għamara. Iżda li għamlet waħda tfajla ta’ 20 sena fl-Istati Uniti għadna qatt ma rajniha jew smajniha.

    Felicity Kadlec, tfajlta ta’ 20 sena, ingħaqdet fis-Sagrament taż-żwieġ ma’ pupa. Qed ngħidu pupa mhux biex niddeskrivu l-estetika ta’ mara, iżda għax Felicity verament iżżewġet pupa. Biex inkunu aktar preżiċi, Felicity iżżewġet “pupa tal-waħx”. Felicity tgħid li l-pupa, lil sħaba l-pupi l-oħra qaltilhom li hi għandha 37 sena u li jisimha Kelly Rossi.

    Iċ-ċerimonja tat-tieġ saret f’Tiverton, Rhode Island, fl-Istati Uniti u swietha $500. Din l-ispiża kienet tinkludi l-libsa tat-tieġ ta’ Felicity u l-libsa intira ta’ Kelly. Għaċ-ċerimonja kien hemm preżenti l-familjari ta’ Felicity kif ukoll sħab Kelly, pupi wkoll, tmienja b’kollox.

    Intant, Felicity, issa miżżewġa, qalet li “sa fl-aħħar għandi lill-imħabba ta’ ħajti miegħi.” Skont Felicity, Kelly se tkun qed tassumi l-irwol tar-raġel fir-relazzjoni.