''Għaliex kienet tneħħiet id-Direttur tas-Sajd fis-sena 2010… fil-fajl m’hemm xejn indikat''

    Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari, Clint Camilleri f’intervent fil-Parlament qal li “meta saru investigazzjonijiet fuq it-tonn fil-gaġeġ u nstab li kien hemm aktar, dak il-ħut tħarrab u bdiet investigazzjoni minn Maġistrat.  Id-Direttur tas-Sajd issa hi sospiża u biex nissalvagwardjaw is-settur  qed nieħdu passi. Kien proprju dan il-gvern li saħħaħ ir-regolamenti tal-irziezet tat-tonn. Qabel is-settur kien irregolat mill-irjus tat-tonn u llum il-kontroll isir kemm mill-irjus u kemm mill-piż.”

    Tenna li “se naraw li jkun hemm transizzjoni kalma biex ma jintlaqtux is-sajjieda.”  Hu qal li ġie rilevat il-fatt li d-Direttur tas-Sajd tneħħiet fis-sena 2010, iżda meta ċċekkjajna l-fajl m’hemm xejn imniżżel u għalhekk dwar dan hi l-ammistrazzjoni ta’ qabel trid tispjega”.