''Allaħares kull meta jkun hemm kumment jew allegazzjoni tissospendi”… il-Ministru Herrera

    Il-Ministu għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, Josè Herrera qal li “jien ma tajt l-ebda permess għal aktar gaġeġ u dwar dan hemm applikazzjoni.  Meta sirt Ministru jien, ridt li dawn ma jibqgħux imkaħħlin max-xatt u ħarġu ‘l barra. Issa hemm applikazzjoni biex jiżdiedu l-gaġeġ u dwar dan id-deċiżjoni teħodha l-MEPA u l-ERA.”

    Spjega li “inti ma taqbadx u tissospendi għax ikun hemm allegazzjoni. Din id-darba  ħadna azzjoni għax kien hemm interċettazzjonjiet. Allaħares kull meta jkun hemm kumment jew allegazzjoni tissospendi.  F’Malta hawn investigazzjoni għaddejja fuq rapport tad-Direttur Ġenerali. Ma jfissirx li għax hemm xamma tkeċċi n-nies.”