''Timbru ieħor… ħasil tat-tonn’’… Marlene Farrugia

    Id-Deputata Nazzjonalista Marlene Farrugia meta tkellmet dwar l-istqarrija ministerjali dwar il-każ tad-Direttur tas-Sajd, qalet  li issa pajjiżna qed jingħata timbru ieħor u dan mhux biss dak tal-ħasil tal-flus imma issa anki tal-ħasil tat-tonn.

    Minn naħa tiegħu, id-Deputat Godfrey Farrugia staqsa jekk hux se jitwaqqfu applikazzjonijiet marbutin ma’ proġetti ġodda ta’ tkabbir ta’ tonn fl-ibħra Maltin.