''Din ħuta żgħira”… Edwin Vassallo

    Wara stqarrija ministerjali mill-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera li fiha  tkellem dwar l-allegazzjonijiet marbutin mad-Direttur tas-Sajd u l-industrija tat-tonn, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li “dan hu każ ieħor miskin. Dan hu każ fejn l-Gvern hu b’saħħtu maż-żgħir u batut mal-kbir. Il-ħuta minn rasha tinten.  Issa l-Minstru qed jgħid li kif għamel dejjem qed jikkollabora fuq l-investigazzjonijiet marbutin mad-Direttur tas-Sajd. Għandna allegazzjoni ta’ Ministru u Chief of Staff qed idaħħlu €5,000 fil-ġimgħa. Il-Gvern irid jurina kif ikun b’saħħtu mal-kbir ukoll għax din hi ħuta żgħira. Għandna investigazzjonjiet għaddejjin dwar il-qasam tat-tonn biex din l-industrija tat-tonn inżommuha nadifa?  X’qed isir biex naraw li fl-Ministeru tiegħu m’hemmx każijiet oħra bħal dawn?” sostna Edwin Vassallo.”